Saturday, June 22, 2024

Il-Malta Ranger Unit b’messaġġ hekk kif fekruna biedet fil-Bajja tal-Mixquqa

Aqra wkoll

Bħal ma jsir ta’ kuljum permezz tar-rondi, grupp ta’ voluntiera mill-Wildlife Rescue Team nnutaw li fil-Bajja tal-Mixquqa kien hemm fekruna tbid fir-ramel. Min-naħa tagħha l-ERA spjegat li l-fekruna kienet waslet fl-aħħar fażi li tbid.

Min-naħa tagħha f’messaġġ fuq Facebook, il-Malta Ranger Unit qalet; “Issa l-bejta se tiġi salvagwardjata 24/7 sakemm il-bajd ifaqqas. Għalhekk għamel kuntatt ma’ dawn l-NGOs sabiex tkun ta’ għajnuna fil-volontarjat għax se jkollhom bżonnha”.

Il-MRU spjegat li din hija aħbar mill-isbaħ u li hija opportunitá biex l-voluntiera jedukaw lill-pubbliku ġenerali dwar is-sbħija tan-natura u għaliex dak li jkun għandu jirrispeta l-annimali u jieħu ħsieb l-ambjent tagħhom.

Il-messaġġ intemm bil-fatt li xi wħud mir-rangers tal-MRU se jżidu l-preżenza tagħhom f’Golden Bay sabiex jiżguraw li r-regolamenti qed jiġu rispettati, anke tard billejl.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport