Sunday, May 5, 2024

Il-Malta Weightlifting Association torganizza l-premjijiet annwali

Aqra wkoll

Il-Malta Weightlifting Association organizzat il-premjijiet annwali biex tonora l-aktar atleti ta’ suċċess tas-sena 2022. Il-premjijiet għall-atleti ta’ l-ogħla klassifikati ġew ippreżentati lil Tenisha Thornon li rċeviet il-premju Diamond talli laħqet 104.23% fil-klassifika internazzjonali, dan huwa l-ogħla premju li jista’ jintlaħaq fir-rankings tal-MWA. Kim Camilleri Lagana rċeviet il-Premju tad-Deheb b’92.93%.

Il-premju tal-Bronż intrebaħ minn Kaya Curmi Inguanez 83.27%, Yazmin Zammit Stevens 82.70%, Aaliyah Gatt 82.48%, Roberta Tabone 80.47% u Rylee Borg 78.15%. Anton Micallef laħaq il-livell A b’72.32%. Tenisha Thornton irċeviet ukoll il-premju ta’ (Achievment) billi waqqfet 144 rekord nazzjonali fl-2022 segwita minn Rylee Borg b’69 rekord u Kim Camilleri Lagana bi 12-il rekord nazzjonali. Il-premjijiet (Most Improvement) ġew ippreżentati lil Kaya Curmi Inguanez bi 33.55 punti segwita minn Mariah Grima 30.47 punti u Michaela Bugeja 27.26 punti.

Rheanna Briffa rċeviet il-Most Improvement New-Comer b’34.79 punti. Tenishia Thornton  rċeviet il-premju ta’ rikonoxximent għall-aqwa 10 kompetizzjonijiet internazzjonali tagħha matul l-2022. Ċertifikati ta’ (Accomplishment) ġew ippreżentati lil Nathan Mifsud Cadet, Kaya Curmi Inguanez U-15, Mariah Bugeja, Mariah Grima u Tenishia Thornton U-17.

Sport