Tuesday, April 23, 2024

Possibbiltá li fi tmiem l-istaġun Antonio Conte jitlaq lil Tottenham

Aqra wkoll

Il-coach, Antonio Conte, mistenni jitlaq lil Tottenham fi tmiem l-istaġun hekk kif jispiċċalu l-kuntratt li mhux se jerġa’ jiġġedded minkejja li għandu klawsola ta’ estensjoni ta’ sena.

Dan it-tluq mistenni li jkun wieħed reċiproku min-naħa tad-diriġenti ta’ Spurs minħabba li mhux se jibqgħu għat-theddid u l-imġieba tiegħu. 

Dan minħabba li huwa dejjem wissa pubblikament lid-diriġenti biex isir investiment fl-iskwadra minħabba li qed jaqgħu lura mit-timijiet il-kbar. 

Iż-żewġ partijiet għandhom sentimenti differenti. Filwaqt li Conte jrid lit-team jirbaħ, l-amministraturi huma aktar moħħhom fin-negozjar biex jiżdiedu l-fondi tal-club. 

Indikazzjoni kbira li Conte se jmur lura fl-Italja hija li l-familja tiegħu tinsab f’pajjiżu u ma jeżisti l-ebda pjan biex tissetilja f’Londra.

Conte, eks-coach ta’ Chelsea, ingħata l-kariga  f’Novembru 2021 bħala s-suċċessur ta’ Nuno Espirito Santo.

Fl-istaġun li għadda huwa wassal lit-team sar-raba’ post biex rebħu wkoll post fil-UEFA Champions League. Iżda l-affarijiet din is-sena ħadu xejra oħra bil-konsegwenza li jistgħu jfallu milli jikkwalifikaw għal din l-akbar kompetizzjoni Ewropea. 

Sport