Sunday, December 22, 2024

Il-Maltin sodisfatti bis-servizzi postali

Aqra wkoll

Fuq livell ġenerali, il-Maltin huma sodisfatti bil-kwalità tas-servizzi postali offruti. Madankollu, fl-2021 kien hemm tnaqqis ta’ 5 fil-mija ta’ dawk li wieġbu li huma sodisfatti meta mqabbel mas-sena 2018.

Dan irriżulta minn stħarriġ li l-għamlet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni li fiħ jingħad ukoll li dan it-tnaqqis jista’ jkun parzjalment dovut għall-isfidi li nqalgħu matul dawn l-aħħar sentejn fir-rigward tal-posta interna u t-tfixkil f’dan is-settur ikkawżat mill-pandemija tal-Covid-19.

L-istħarriġ tal-2021 juri stampa simili ħafna għal dik prevalenti fl-2018 fejn tidħol l-attività tal-posta bl-ittri – kemm mibgħuta kif ukoll riċevuti. F’dan ir-rigward, l-istħarriġ tal-2021 juri li 62% ta’ dawk li wieġbu ma raw l-ebda bidla fin-numru ta’ posta tal-ittri riċevuti fit-12-il xahar preċedenti.

Ix-xejra ġenerali fil-waqgħa ta’ attività ta’ posta bl-ittri baqgħet tippersisti fejn dawk li wieġbu għall-istħarriġ identifikaw il-komunikazzjoni elettronika bħala l-alternattiva għal posta bl-ittri fiżikament.

Mill-banda l-oħra, l-attività postali tal-pakketti f’termini ta’ oġġetti riċevuti minn barra l-pajjiż issaħħet fit-12-il xahar ta’ qabel il-perjodu tal-istħarriġ.

Kif indikat mill-unitajiet domestiċi, ir-raġuni ewlenija wara din l-attività tal-posta tal-pakketti aktar b’saħħitha hija l-prevalenza ta’ xiri onlajn aktar frekwenti minħabba l-pandemija.

Ekonomija

Sport