Saturday, December 21, 2024

Il-MAM tirreaġixxi għall-miżuri mħabbrin mill-Gvern

Aqra wkoll

L-unjin tat-tobba, il-MAM, laqgħet il-miżuri l-ġodda mħabbrin ilbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela li huma intiżi biex jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. Fl-istess il-MAM ikkritikat lill-Gvern u qalet li l-attitudni tiegħu li kollox kien miexi b’mod normali wassal biex pajjiżna jirreġistra rekord ta’ każi ġodda f’jum wieħed.

Fi stqarrija li ppubblikat dalgħodu l-MAM qalet li l-eqqel tal-pandemija għad trid tiġi, u bassret li n-numru ta’ pazjenti li se jkunu qed jiddaħħlu għall-kura fit-Taqsima tal-Kura Inensiva u anke l-imwiet se jkunu qed jiżdiedu.

Il-MAM tenniet ukoll li l-għeluq tal-bars fil-11.00 p.m. mhi se jkollha l-eba impatt. L-unjin ikkritikat ukoll in-numru ta’ multi li nħarġu f’xahrejn, u qalet li dan ma jawgurax tajjeb mil-lat ta’ infurzar tal-miżuri.

https://www.inewsmalta.com/2020/10/minn-ghada-l-uzu-tal-maskra-huwa-obbligatorju-kullimkien/
Ekonomija

Sport