Wednesday, July 24, 2024

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-Lufthansa bi strajk ta’ jumejn fil-Ġermanja

Aqra wkoll

L-union tal-membri tal-ekwipaġġ tal-Lufthansa sejħet strajk ieħor ta’ jumejn f’żewġ ajruporti – ta’ Frankfurt u Munich. L-istrajk se jsir nhar it-Tlieta u l-Erbgħa, bit-tħabbira tal-union qiegħda sseħħ proprju biss wara li l-Luthansa ħabbret profitti rekord għall-2023.

Il-Lufthansa qalet li madwar 100,000 vjaġġatur x’aktarx li se jkunu affettwati minn dan l-istrajk, li se jkopri t-tluq kollu mill-ajruport ta’ Frankfurt nhar it-Tlieta u t-titjiriet kollha barra minn Munich nhar l-Erbgħa mill-4.00 a.m. sal-11.00 p.m. (ħin lokali).

Sadanittant, ġie rrapportat ukoll illi dan se jaffettwa mhux biss lil Lufthansa iżda wkoll lill-kumpanija sussidjarja tagħha għal distanzi qosra u bi prezz baxx, Cityline.

L-Organizzazzjoni Indipendenti tal-Attendants tat-Titjira (UFO) qiegħda titlob għal żieda fil-pagi ta’ 15% u ħlas ta’ kumpens għall-inflazzjoni ta’ €3,000 għat-18,000 membri tagħha mal-Lufthansa u 1,000 membru ta’ Cityline. L-istess organizzazzjoni qalet li aktar minn 96% tal-membri tagħha huma favur dan l-istrajk.

Ekonomija

Sport