Tuesday, May 14, 2024

Il-Ministru Bartolo jkompli jikkundanna bil-qawwa l-invażjoni fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Waqt il-vidjokonferenza tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fis-27 ta’ Frar, il-Ministru Għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kompla jikkundanna bil-qawwa l-aggressjoni militari tar-Russja fl-Ukrajna.

Dwar il-proposta tal-UE li tingħata assistenza lill-Ukrajna, il-Ministru Bartolo enfasizza n-newtralità kostituzzjonali ta’ Malta fuq l-appoġġ ta’ dispożizzjonijiet ta’ tagħmir letali. Madankollu, fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, Malta ma kinitx se twaqqaf dan il-proċess u kienet se tappoġġja l-Ukrajna b’mezzi oħra permezz ta’ għajnuna umanitarja inkluż l-għoti ta’ mediċini.

Fl-aħħar nett, il-Ministru Bartolo esprima wkoll l-appoġġ sħiħ ta’ Malta ghal aktar sanzjonijiet finanzjarji fuq ir-Russia kif ukoll dwar il-proposta tal-UE biex ċerti banek Russi jitneħħew mis-sistema SWIFT. Il-Ministru Bartolo informa wkoll bid-deċiżjoni ta’ Malta li tagħlaq l-ispazju tal-ajru tagħha għall-ajruplani Russi f’konformità mal-azzjonijiet meħuda minn Stati Membri oħra tal-UE.

Sport