Saturday, November 23, 2024

Il-Ministru Bonnici jgħid li kellu dritt għar-risposta meta sejjaħ lil Daphne “hate blogger”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu kompliet l-inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dalgħodu kien imiss lill-Ministru Owen Bonnici biex jagħti x-xhieda tiegħu.

Bħala Ministru għall-Ġustizzja fil-perjodu li fih inqatlet Caruana Galizia huwa ġie mistoqsi dwar tweets li fihom sejħilha “hate blogger” lura fl-2017 u drabi oħra.

Bonnici qal li kien ħa deċiżjoni li ma jagħmilx libell kontra ġurnalisti u minflok juża d-dritt tar-risposta. Huwa żied jgħid li meta kien ħareġ għall-kariga ta’ Deputat Mexxej kien ikkritika kwalunkwe blogs ta’ dan it-tip. 

Bonnici rrefera għal dak li kienet kitbet Daphne fejn qalet li “misshom jagħqugħ f’nofs pjazza bħal Mussolini”, liema blog kien tħassar . 

Rigward id-dritt għal risposta, Bonnici qal li meta kiteb kontra hate blogging jaħseb li bħala Ministru tal-Ġustizzja dak iż-żmien kien dritt tiegħu f’soċjetà demokratika.

Mistoqsi dwar il-blog ta’ Bedingfield, filwaqt li qal li ma joġgħbux l-istil, Bonnici qal li m’hemmx paragun bejnu u dak ta’ Galizia.

Rigward meta nstab ħati li kiser id-dritt tal-attivisti meta huwa ordna li l-mafkar għal Daphne Caruana Galizia jitneħħa, Bonnici qal li għal madwar sena wara l-assassinju, ix-xemgħat u l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir ma ntmessux. Wara dan il-perjodu bdew jinqalgħu inċidenti b’rabta ma dak li kien qed jitpoġġa mal-mafkar, in-nies bdew jargumentaw dwaru u saħansitra persuna spiċċat l-isptar. Huwa qabel din is-sitwazzjoni ma’ dak li jiġri barra minn Malta fejn jekk ikun hemm mafkar, hemm żmien stipulat sakemm jinżamm dan il-mafkar.

Sport