Wednesday, March 27, 2024

Il-Ministru Scicluna jipparteċipa fil-laqgħat tal-Eurogroup u tal-ECOFIN

Aqra wkoll

“Malta tilqa’ l-inizzjattivi li qed jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Presidenza għal aktar armonizzazzjoni fir-rigward tal-finanzi diġitali, u b’hekk qed tiġi indirizzata l-frammentazzjoni li teżisti fis-Suq Uniku Diġitali għas-Servizzi Finanzjarji”, qal il-Ministru Scicluna waqt laqgħa virtwali tal-ECOFIN li saret nhar it-Tlieta, 6 ta’ Ottubru.

Matul il-laqgħa, il-ministri tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea ddiskutew il-Pakkett Finanzjarju Diġitali varat riċentament mill-Kummissjoni Ewropea. Matul id-diskussjoni, il-Prof. Scicluna laqa’ l-passi li qed jittieħdu biex ikun hemm aktar armonizzazzjoni fir-rigward tal-finanzi diġitali.

Il-Ministru Scicluna saħaq dwar l-importanza ta’ approċċ koordinat f’dan ir-rigward. Irrimarka li fir-rigward tal-istablecoins u crypto-assets oħrajn, li issa ilhom fiċ-ċirkolazzjoni għal xi żmien, jippreżentaw riskji sinifikanti, liema riskji jridu jiġu kontrollati b’regolamentazzjoni adekwata.

Il-Ministru Scicluna kkonkluda li din l-inizjattiva hija t-triq fid-direzzjoni t-tajba li timxi pass pass max-xejriet u mal-iżvilupp rapidu li qed ikun hemm fil-qasam tat-teknoloġija fit-trasformazzjoni diġitali.

Ekonomija

Sport