Friday, April 19, 2024

Anzjana ta’ 96 sena hija l-41 vittma tal-Covid-19

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 96 sena hija l-41 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-mara ddaħħlet l-Isptar Mater Dei nhar il-Ħamis li għadda mir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha.

Hija ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa offra l-kondoljanzi lill-familja tal-mara, u ħeġġeġ lin-nies biex tosserva l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa li jinsabu fis-seħħ.  Fost dawn hemm il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Sport