Saturday, October 5, 2024

Issofri ġrieħi gravi wara li tittajjar fin-Naxxar

Aqra wkoll

Mara ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema ttieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni dalgħodu ttajret fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20 a.m. fi Triq Francisco Ximenes.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 50 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-mara qabel ma din ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport