Monday, May 6, 2024

Il-Ministru tal-Intern tat-Turkija b’ringrazzjament lejn il-Maltin għall-għajnuna li taw lil pajjiżu

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Intern tat-Turkija, Süleyman Soylu, f’ittra li bagħat lill-Ministru Camilleri, wassal ir-ringrazzjament tiegħu lejn Malta u t-tim tal-Protezzjoni Ċivili li taw sehemhom sabiex jgħinu lill-pajjiż wara li ntlaqat minn traġedja kawża ta’ terremoti li heżżu lill-pajjiż.

Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri f’kitba li qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Il-Ministru Camilleri ma naqasx milli jwiegħed l-għajnuna tal-istess membri fejn meħtieġ: “Malta ser tibqa’ minn ta’ quddiem tinvesti fil-Protezzjoni Ċivili u toffri l-għajnuna kull fejn hemm il-bżonn”.

Sport