Sunday, December 22, 2024

Il-Ministru tat-Trasport jaqbel mal-fatt li l-Pjazza tal-Mosta tingħalaq għat-traffiku

Aqra wkoll

“Jien l-ewwel bniedem li kont xettiku meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien ippropona li jagħlaq il-Pjazza għat-traffiku fil-weekend. Pero’ wara li rajtha sseħħ, ikolli ngħid li iva, naħseb li kienet deċiżjoni tajba”

Dan iddikjarah il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett f’messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarka li jaf li hemm min ma togħġbux u min jippreferi li jerġgħu jibdew jgħaddu l-karozzi. 

Il-Ministru qal li filwaqt li jifhem kemm hi diffiċli biex nibdew immorru ‘kontra l-kurrent’, din id-deċiżjoni  se jkun qiegħed jiddefendiha.

Irrimarka li hu mhux se jkkun qiegħed jiddefendi hija l-ipokrezija ta’ min qabel l-elezzjoni, u anki wara, ġie jagħti l-lezzjonijiet fuq l-ispazji miftuħa u mal-ewwel test falla bil-kbir.

Enfasizza li bħala Ministru responsabbli mit-trasport, ma jaħsibx li l-arrangament eżistenti fil-pjazza tal-Mosta għandu jinbidel.

Anzi, il-Ministru Bonett ħeġġeġ lill-kunsilli lokali l-oħra biex jersqu bil-proposti tagħhom ħalli dak li sar fil-Mosta, dejjem fejn hu possibbli, jitwettaq f’lokalitajiet oħra.

Ekonomija

Sport