Thursday, December 19, 2024

Il-PA tirrifjuta applikazzjoni għal bini ta’ ristorant fuq art agrikola f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

 Art agrikola li tmiss ma’ pompa tal-fjuwil eżistenti mhux ser tiġi żviluppata wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar irrifjutat outline application għall-bini ta’ ristorant, uffiċini u parkeġġ taħt l-art. L-art agrikola tkopri site area ta’ aktar minn 1,000m², u tinsab ’l barra miż-żona tal-iżvilupp f’Ħal Għaxaq, tul Triq Għar Dalam. 

Il-Kummissjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qablet mar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Iżvilupp li l-proġett propost ser jirriżulta f’tifrix ta’ żvilupp urban biswit art li bħalissa mhix żviluppata. 

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-proġett imur kontra l-Policy Rurali u l-Gwida tad-Disinn tal-2014, u l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) li t-tnejn ifittxu li jipproteġu art agrikola ta’ kwalità tajba u jiżguraw li t-teħid tal-art fiż-żona rurali titqies bħala l-aħħar għażla fejn ikun essenzjali għal żvilupp sostenibbli. 

Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll li l-iżvilupp propost għandu aċċess dirett minn Triq Għar Dalam, li hija triq distributorja minn Ħal Għaxaq għal Marsaxlokk u Birżebuġia. Dan l-iżvilupp propost ser jiġġenera movimenti addizzjonali ta’ vetturi li jwasslu għal perikli potenzjali tat-traffiku u jaffettwaw ħażin il-fluss ħieles u siġur tat-traffiku. 

Ekonomija

Sport