Sunday, December 22, 2024

Il-paċi u d-diplomazija ċavetta importanti ħafna ta’ soluzzjoni għall-konflitti

Aqra wkoll

Dr Abela żied jgħid li: “qatt daqs iż-żmien ta’ bħalissa l-UE ma tat daqstant valur lis-sigurtà u d-difiża tagħha quddiem gwerra fuq l-għatba tagħha. Fil-Kunsill Ewropew fl-aħħar jumejn ta’ Mejju sħaqt li malta se tagħmel dak li hu fil-parametri tal-kostituzzjoni ta’ pajjiżna. L-UE għandha tibqa’ tirrispetta l-politika ta’ difiża u sigurtà partikolari tal-istati membri tagħha.”

F’Madrid, f’isem Malta, il-Prim Ministru saħaq l il-paċi u d-diplomazija huma ċavetta importanti ħafna ta’ soluzzjoni għall-konflitti. Bħala pajjiż żgħir bil-kostituzzjoni tagħna li teżiġi newtralità għandna vantaġġ għaliex għandna leġittimità akbar biex nisħqu fuq l-importanza tal-paċi u tiftix ta’ soluzzjonijiet madwar il-mejda.

Il-Prim Ministru semma wkoll kif fl-aħħar Kunsill Ewropew, il-Mexxejja Ewropej qablu li l-Ukrajna u l-Moldova jingħataw status ta’ kandidati għas-sħubija fl-UE iżda taħt ċertu kundizzjonijiet.

F’Ġunju mbagħad iltaqgħu l-mexxejja tal-pajjiżi fiż-żona ewro għall-Euro Summit fejn Malta appoġġjat id-dħul tal-Kroazja fiż-żona ewro mill-bidu tas-sena d-dieħla. “Fl-istess laqgħa fi Brussell bħala mexxejja tal-istati membri ltqajna mal-mexxejja tal-Balkani tal-Punent. L-UE esprimiet l-impenn sħiħ tagħha biex tkompli tingħata spinta lill-proċess għas-sħubija ta’ pajjiżi mill-Balkani fl-UE.

“Malta tappoġġja bis-sħiħ l-aspirazzjonijiet politiċi Ewropej tal-pajjiżi tal-Balkani tal-punent. Malta għaddiet messaġġ ta’ appoġġ sħiħ biex jibdew negozjati dwar is-sħubija tal-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq. Malta tat ukoll l-appoġġ għal-liberalizzar tal-VISA liċ-ċittadini tal-Kosovo,” tenna l-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport