Saturday, December 21, 2024

Il-Pakistan jakkuża lill-Indja bi qtil ta’ żewġ Pakistani 

Aqra wkoll

L-ogħla uffiċjal tal-Pakistan akkuża lill-Indja li qatlet żewġ ċittadini Pakistani fl-art tagħha. Huwa qal li allegatament kien seħħ pjan ta’ qtil fl-Indja u li dan l-attakk qajjem tensjoni kbira bejn il-Pakistan u l-Indja bl-armi nukleari.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Pakistani, Muhammad Syrus Sajjad Qazi sostna li l-belt kapitali tal-Pakistan, Islamabad għandha evidenza dwar il-qtil ta’ Muhammad Riaz fil-Kashmir fit-8 ta’ Settembru tas-sena li għaddiet u ta’ Shahid Latif fil-belt ta’ Sialkot, qrib il-Kashmir u li dawn inqatlu mill-Indjani.

Fl-istess konferenza li saret il-Ħamis, Qazi qabbel l-allegati qtil fil-Pakistan ma’ pjanijiet reċenti ta’ qtil Indjan fl-Amerika ta’ Fuq. Il-Ministeru tal-Affarijiet Esterni tal-Indja, ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ Qazi, u qal li dan tal-aħħar, huwa tentattiv tal-Pakistan sabiex ikun jista’ joħloq propoganza falza kontra l-Indja. 

F’Novembru li għadda, l-Istati Uniti, kienu akkużaw uffiċjal tal-gvern Indjan li kien involut f’konfoffa biex joqtol ċittadin Amerikan. Dan kollu seħħ, ftit aktar minn xahar wara li l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau allega pubblikament li l-Indja setgħet kienet involuta fil-qtil ta’ ċittadin Kanadiż fit-territorju tagħha.

Ekonomija

Sport