Friday, April 17, 2026

“Il-Papa irid joqgħod attent meta jitkellem dwar kwistjonijiet ta’ teoloġija”

- il-Viċi President tal-Istati Uniti, J. D. Vance

Aqra wkoll

Il-Viċi President tal-Istati Uniti, J. D. Vance, irreaġixxa għal dak li qal il-Papa Ljun XIV meta hu wieġeb għal kummenti dispreġjattivi li għadda lejh il-President Donald Trump.

J. D Vance f’kummenti li għadda iddikjara li “meta l-Papa jgħid li Alla qatt ma jkun fuq in-naħa ta’ dawk li jużaw ix-xabla — irrid ngħid li hemm aktar minn elf sena ta’ tradizzjoni tat-Teorija tal-Gwerra Ġusta.”

Ikompli jgħid li “bl-istess mod li huwa importanti li l-VIċi President tal-Istati Uniti joqgħod attent meta jitkellem dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika, naħseb li huwa importanti ħafna, ħafna li l-Papa joqgħod attent meta jitkellem dwar kwistjonijiet ta’ teoloġija. Jekk se tagħti opinjoni dwar kwistjonijiet ta’ teoloġija, trid toqgħod attent, trid tiżgura ruħek li dak li tgħid ikun ankrat fil-verità, u dik hija waħda mill-affarijiet li nipprova nagħmel, u ċertament hija xi ħaġa li nistenna mill-kleru, kemm jekk huma Kattoliċi kif ukoll Protestanti.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport