Sunday, November 24, 2024

Il-Papa jappella sabiex nitolbu għal dawk li bħalissa qed isofru minħabba l-gwerra

Aqra wkoll

“Ejjew nitolbu, ħuti, għat-​tfal li qed ibatu mill-​gwerra. Hemm ħafna fl-Ukrajna, fil-Palestina, fl-Iżrael, f’partijiet oħra tad-dinja, u fil-Myanmar. Ejjew nitolbu għalihom u għall-paċi.”

Dan kien parti mid-diskors li għamel il-Papa Franġisku waqt li kien qed isellem l-eluf li kienu preżenti fi Pjazza San Pietru. Huwa appella sabiex titwaqqaf kull azzjoni li tista’ tqajjem vjolenza u li tpoġġi lil xi ħadd mill-pajjiżi f’kunflitt ta’ gwerra ferm akbar.

Huwa appella wkoll għal waqfien mill-ġlied f’Gaza, il-ħelsien tal-ostaġġi u l-għoti ta’ għajnuna umanitarja lit-2.3 miljun Palestinjan li jgħixu hemm, li l-maġġoranza tagħhom jinsabu jbatu l-ġuħ.

Żied jgħid;“In-nazzjonijiet kollha għandhom juru l-paċi, u jgħinu lill-Palestinjani u lill-Iżraeljani jgħixu f’żewġ stati, spalla ma’ spalla, fis-sigurtà. Hija x-xewqa profonda u leġittima tagħhom u huwa d-dritt tagħhom. Żewġ stati ġirien!”

Sport