Saturday, July 20, 2024

Il-Papa u l-Kardinali jivvotaw favur lil Acutis u 14-il persuna oħrajn jiġu ddikjarati qaddisin

Aqra wkoll

Papa Franġisu nhar it-Tnejn flimkien mal-Kadrinali approva li 15-il persuna fosthom Carlo Acutis jiġu ddikjarati qaddisin.

Il-Kulleġġ tal-Kardinali li tlaqqa’ lbieraħ tkellmu dwar dawn il-15-il persuna u vvotaw u anke approvaw li jiġu ddikjarati qaddisin biex b’hekk ikunu għal qima fil-Knisja Kattolika.

L-akbar numru ta’ persuni li se jiġu ddikjarati qaddisin huma dawk imsejħa “l-Martri ta’ Damasku” li kien nqatlu fis-Sirja fl-1860. Fosthom hemm Fr. Manuel Ruiz López, Abdel Moati, Francis, u Raphael Massabki.

Dawn il-11-il persuna kienu nqatlu minħabba l-fidi tagħhom fil-gwerra ċivili li kien hemm fis-Sirja fejn ma’ eluf kbar ta’ kattoliċi oħrajn spiċċaw ittorturati mill-Musulmani.

Imbgħad se jiġu ddikjarati qaddsin ukoll żewġ Taljani Fr. Giuseppe Allamano u Sr. Elena Guerra.

Iżda l-attenzjoni kollha daret fuq il-Beatu Carlo Acutis li ftit tax-xhur oħra se jiġi ddikjarat qaddis.

Minn hawn ‘il quddiem tibda l-ħidma u l-perparazzjoni biex issir il-quddiesa mexxija mill-Papa nnifsu li fiha dawn il-persuni kollha jiġu ddikjarati qaddisin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport