Friday, May 3, 2024

Il-parata ta’ Liverpool se ssir xorta, irrispettivament mir-riżultat finali

Aqra wkoll

Liverpool ikkonfermaw li se jorganizzaw il-parata tar-rebħ tal-unuri fiċ-ċentru tal-belt, irrispettivament mir-riżultat fit-taqtigħa għat-titlu tal-Premier League u l-finali taċ-Champions League.

Il-partita se ssir fid-29 ta’ dan ix-xahar, jiġifieri l-għada li r-Reds jaffrontaw lil Real Madrid fil-finali tal-UEFA Champions League. 

Bħalissa t-team — immexxi mill-manager Jurgen Klopp, qed jimmira għal quadruple fejn diġà rebħu l-FA Cup u l-League Cup.

Il-parata se tinkludi wkoll lit-team tan-nisa li rebħu l-kmapjonat taċ-Championship. 

Bħalissa Liverpool jinsabu fit-tieni post tal-klassifika tal-Premier League, punt taħt il-leaders Manchester City hekk kif nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab l-aħħar ġurnata. 

Hu mifhum li madwar miljun persuna se jattendu għal din il-parata. 

Sport