Il-Parlament Tork ilbieraħ irratifika mozzjoni biex jestendi l-preżenza tat-truppi Torok fil-Libanu għal sena oħra bħala parti mill-qawwiet tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-mozzjoni se twassal biex it-truppi Torok jibqgħu preżenti fil-Libanu sat-Ottubru tal-2021. Il-mozzjoni s’issa ġiet estiża 13-il darba mindu kienet ġiet approvata f’Settembru tal-2006.
L-UNIGIL – il-forza interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu – ġiet stabbilita fl-1978 meta Iżrael ħareġ mil-Libanu. Il-forza ta’ żamma ta’ paċi hija intiża biex tipprovdi sigurtà u biex tgħin lill-Gvern Libaniż biex jibni l-awtorità tiegħu.
Il-missjoni tal-UNIFIL tikkonssiti minn madwar 10,600 suldat minn 40 pajjiż differenti.