Tuesday, November 3, 2026
Home Internazzjonali 4 titjiriet b’theddida ta’ bomba fuqhom jagħmlu inżlu ta’ emerġenza f’ajruporti fl-Ewropa

4 titjiriet b’theddida ta’ bomba fuqhom jagħmlu inżlu ta’ emerġenza f’ajruporti fl-Ewropa

0
57

F’inqas minn 24 siegħa, 4 ajruplani sfaw mira ta’ theddida ta’ bomba u dawn kollha kellhom jagħmlu inżlu ta’ emerġenza f’ajruport fl-Ewropa.

Il-midja internazzjonali qiegħda tirraporta li żewġ ajruplani kellhom jagħmlu inżlu fl-ajurport ta’ Warsaw wara li kien hemm theddida ta’ bomba fuqhom. 

Ajruplan ieħor kellu jinżel fl-ajruport ta’ Murcia fi Spanja filwaqt li titjira oħra li telqet minn Iżrael kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajuport tal-kapitali Sofia fil-Bulgarija. Din tal-aħħar l-awtoritajiet irċivew it-theddida permezz ta’ email.

Titjira minnhom telqet mill-ajurport ta’ Heathrow f’Londra u kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza f’Warsaw, filwaqt li oħra telqet minn Copenhagen u wkoll kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza fil-kapitali Pollakka.

Intant, ajruplan tar-Ryanair li telaq minn Manchester niżel b’emerġenza fl-ajruport ta’ Murcia fi Spanja filwaqt aktar kmieni  ajruplan tal-linja tal-ajru Wizz Air li telaq minn Luton f’Londra kellu jagħmel inżul f’Budapest.

Fuq l-ajruplani saru spezzjonijiet u kollox irriżulta fin-negattiv.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here