Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Malta b’seba’ plejers fil-Kampjonati Ewropej taċ-Chess taż-Żgħażagħ

Malta b’seba’ plejers fil-Kampjonati Ewropej taċ-Chess taż-Żgħażagħ

0
62

Seba’ plejers żgħażagħ u promettenti taċ-chess minn Malta telqu lejn Hersonissos, fi Kreta, il-Greċja, fejn se jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-EYCC, li se jsir mit-2 sat-13 ta’ Novembru 2026.

Dawk li se jirrappreżentaw lil Malta din is-sena huma: George Borg Mercieca, Thomas Azzopardi, Keshav Reyansh, Elena Borg Mercieca, Yunlong Wang, Matthew Callus u CM Matthew Portelli.

Il-kampjonati jiġbru flimkien plejers żgħażagħ minn madwar l-Ewropa, li se jikkompetu f’sitt kategoriji ta’ età — minn taħt it-8 snin sa taħt it-18-il sena — b’taqsimiet separati għas-subien u l-bniet.

B’disa’ rawnds ta’ chess klassiku quddiemhom, kull wieħed mis-seba’ plejers tagħna se jimmira li jħalli l-marka tiegħu fil-kategorija ta’ età rispettiva tiegħu; aħna ninsabu ħerqana biex insegwu l-progress tagħhom matul il-kampjonati.

Nawguraw kull suċċess lis-seba’ plejers kollha matul dawn il-kampjonati u nistennew bil-ħerqa li nsegwu l-progress tagħhom. Aħna kburin li għandna lil dawn iż-żgħażagħ jirrappreżentaw lil Malta, u ninsabu kunfidenti li se jagħtu l-aħjar tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here