Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Atletika: Charlton Debono u Roberta Schembri jirbħu l-ewwel tellieqa tal-kampjonat f’Għawdex

Atletika: Charlton Debono u Roberta Schembri jirbħu l-ewwel tellieqa tal-kampjonat f’Għawdex

0
75

Il-Kampjonat tar-Road Running ta’ Athletics Malta għall-istaġun 2026-2027 beda f’tellieqa storika f’Għawdex, in-Nadur 10k, l-ewwel darba li tellieqa f’Għawdex iffurmat parti minn din il-kompetizzjoni nazzjonali. Dan l-avveniment attira numru rekord ta’ parteċipanti f’rotta ċċertifikata minn World Athletics, biex b’hekk kienet okkażjoni speċjali għall-atletika f’Għawdex.

Charlton Debono beda l-istaġun b’rebħa f’din l-ewwel tellieqa fin-Nadur. L-atleta ta’ Evolve Endurance Club temm l-ewwel b’32:47 quddiem Tommy Wallbank ta’ Mellieħa AC li rreġistra ħin ta’ 33:18, u Ryan Bugeja, ta’ Żurrieq Wolves, li kiseb it-tielet post fuq il-podju f’33:25.

Roberta Schembri ta’ Evolve bdiet id-difiża tat-titlu tagħha b’mod perfett f’Għawdex hekk kif rebħet it-tellieqa tan-nisa f’ħin ta’ 39:18. Mona Lisa Camilleri ta’ Libertas AC temmet it-tieni b’41:14 filwaqt li Christine Zerafa ta’ La Salle kisbet it-tielet post b’43:11.

B’dawn ir-riżultati, Mellieħa AC jibdew il-kampjonat fl-ewwel post, b’Żurrieq Wolves isegwu fil-qrib, filwaqt li Evolve Endurance Club jinsabu t-tielet.

Fil-klassifika mixed, La Salle jinsabu fl-ewwel post, quddiem St’ Patrick’s AC u Żurrieq Wolves li għandhom l-istess ammont ta’ punti.

Il-kampjonat tar-road running issa jkompli l-Ħadd 6 ta’ Diċembru, fis-Safi 5K, organizzta minn Rush AC.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here