San Ġiljan ASC ferrħu lill-plejer tagħhom, Jake Bonavia, talli rebaħ il-Kampjonat tal-Water Polo tal-Irġiel tal-West Coast Conference (WCC) ma’ Loyola Marymount University (LMU) f’Los Angeles, l-Istati Uniti.
Bħalissa fit-tieni sena tiegħu fl-LMU, Jake kien parti minn kisba straordinarja għall-università, hekk kif għenuha tirbaħ l-ewwel titlu tal-Conference League tagħha f’dawn l-aħħar 16-il sena.
Din ir-rebħa storika tfisser ukoll li l-LMU kkwalifikat għall-Kampjonat tal-Water Polo tal-Irġiel tal-NCAA, fejn se jikkompetu kontra l-aqwa timijiet universitarji fil-pajjiż għat-titlu nazzjonali.
Wara li trabba fis-settur taż-żgħażagħ tas-saints u stabbilixxa ruħu fit-tim ewlieni tal-irġiel, Jake qed ikompli jagħmel lill-klabb kburi permezz tal-kisbiet tiegħu barra minn Malta.
San Ġiljan ferrħu lil Jake u lil sħabu tat-tim għal dan is-suċċess kbir, u nawgurawlhom kull suċċess fil-Kampjonati tal-NCAA li ġejjin.
J




