L-atleti ta’ Power Box Qormi, Leanne Sciberras u Mathea Cassar, kisbu t-tielet post fil-kompetizzjoni tad-doubles tan-nisa fil-kategorija professjonali (Pro Women’s Doubles) għall-età ta’ 30-34 sena, waqt l-avveniment HYROX Poznań fil-Polonja.
Power Box Qormi stqarrew li huma “kburin ħafna biż-żewġ atleti tagħhom u b’dak kollu li kisbu,” filwaqt li żiedu jgħidu li “x-xogħol iebes, id-dedikazzjoni u l-għadd bla għadd ta’ sigħat ta’ taħriġ wara l-kwinti taw il-frott.”
Il-klabb feraħ lill-atleti tiegħu, filwaqt li saħaq li “dan huwa biss il-bidu!” għaż-żewġ kompetituri.




