Il-Partit Laburista b’appell ta’ solidarjetà mal-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-Korp tal-Pulizija filwaqt li jawgura fejqan ta’ malajr lit-tliet uffiċjali tal-Pulizija li ndarbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, f’Ta’ Giorni.

Attakki fuq membri tal-Korp tal-Pulizija u fuq uffiċjali pubbliċi huma attakki fuq is-sigurtà ta’ pajjiżna. Għalhekk, ftit xhur ilu Gvern Laburista saħħaħ il-liġijiet kontra l-vjolenza u l-aggressjoni fuq membri tal-Korp tal-Pulizija u uffiċjali pubbliċi, sabiex min jagħżel li jattakka lil dawk li jaqdu dmirhom jaffaċċja konsegwenzi aktar ħorox.

Il-Partit Laburista jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu lejn il-Korp tal-Pulizija u jappella sabiex l-investigazzjonijiet jitħallew jieħdu l-kors tagħhom filwaqt li l-ġustizzja ssir.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport