Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju tal-Pulizija ta dettalji dwar dak li seħħ aktar kmieni llum f’San Ġiljan. Il-Kummissarju qal li l-pulizija qiegħda żomm raġel ta’ 74 sena residenti San Ġiljan – il-allegat li spara lejn il-pulizija – u raġel ta’ 68 sena li ġie arrestat ftit tal-ħin wara. Iż-żewġt irġiel huma aħwa.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju tal-Pulizija qal li kien għall-ħabta tal-10.40am meta rċivew telefonata li f’San Ġiljan kien hemm nirien b’suspett qawwi li tqabbdu b’mod intenzjonat. Qal li fuq il-post marru l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw in-nirien.
Min-naħa tal-Pulizija mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom u ġie stabbilit li dak in-nar kien tqabbad minħabba diżgwid dwar bini li għadu kemm tela’ fl-aħħar xhur li hu biswit l-istess proprjetà tal-allegat aggressuri.
Wieħed mis-suspettati deher fi triq fil-qrib fejn ġie arrestat. Hu ġie iddentifikata bħala raġel ta’ 68 sena residenti San Ġwann, eżatt fejn seħħ il-każ.
Wara l-pulizija bdew operazzjoni biex jarrestaw lit-tieni suspettat, u anke li allegatament kien li qabbad in-nirien. Il-Pulizija lemħu lir-raġel f’kamra u talbuh biex jiftaħ. Hekk kif baqa’ jinjora lill-uffiċjali tal-Pulizija u anke daħal ‘il ġewwa, l-istess uffiċjali pprovaw jidħlu minn bieb li kien magħqul, iżda hekk kif rifsu l-għadba r-raġel fetaħ in-nar fuqhom bil-konsegwenza li uffiċjal tal-pulizija sofra xi ġrieħi.
L-uffiċjali tal-Pulizija b’wieħed minnhom midrub spiċċaw maqbudin fil-bitħa tal-istess binja u ma setgħux joħorġu. Huma talbu għall-assistena.
Hekk kif waslu aktar uffiċjali tal-Pulizija, sar tentattiv biex jitkellmu mar-raġel, iżda hu baqa’ jinjora l-istess talbiet tal-pulizija. F’ħin minnhom, hu sfidhom biex jekk iridu jidħlu għalih u kif kienu deħlin, spara tiri ta’ arma tan-nar minn tieqa.
Kien hawn li uffiċjal tal-pulizija ta’ 40 sena intlaqat f’għonqu u f’wiċċu. Hu ngħata l-għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie operat.
In-negozjaturi tal-Pulizija pprovaw jagħmlu kuntatt mar-raġel permezz tal-mobile, iżda l-istess mobile kien mitfi. Għalhekk huma bdew jagħmlu diversi ‘callouts’ mir-radio tal-pulizija, iżda xorta waħda r-raġel baqa’ ma kellimhomx.
Wara ħafna ħin jipprovaw, il-pulizija rnexxielhom ikellmu lir-raġel fuq il-mobile biex imbagħad daħlu għalih u arrestawh.
Il-Kummissarju kkonferma li wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija ġie rilaxxat mill-Isptar wara li ngħata l-kura. Qal ukoll li b’kollox ġew sparati 12-il tir filwaqt li l-Pulizija sabu 4 sniter tal-kaċċa, kollha rreġistrati mal-pulizija b’suspett li wieħed minnhom intuża f’dan il-każ.
