Santa Lucia FC se jkunu qed jippreżentaw uffiċjalment lill-eks player internazzjonali Franċiż Mathieu Valbuena waqt avveniment speċjali nhar il-Ħadd filgħaxija f’restorant ewlieni f’San Ġiljan.
Valbuena, li gawda karriera distinta ma’ klabbs ewlenin Ewropej inklużi Marseille, Lyon, Fenerbahçe u Olympiacos, filwaqt li lagħab ukoll aktar minn 50 darba mat-tim nazzjonali Franċiż, se jiġi żvelat bħala player ġdid ta’ Santa Lucia FC qabel l-istaġun 2026/27.
Il-preżentazzjoni mistennija tiġbed attenzjoni sinifikanti hekk kif Santa Lucia FC se jkunu qed jilqgħu wieħed mill-akbar ismijiet li qatt ra l-futbol Malti.




