Il-Kummissjoni Ewroepa approvat pagamenti bil-quddiem li jammontaw għal €103.6 miljun taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), sabiex tgħin lil Malta, lill-Portugall u lil Spanja jindirizzaw l-ispejjeż immedjati tar-rikostruzzjoni wara l-maltempati devastanti li laqtu lil dawn il-pajjiżi f’Jannar u Frar tal-2026.
Kienu tliet pajjiżi li kienu ressqu applikazzjoni u anke valutazzjoni teknika li min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-kriterji għallgħajnuna mill-Fond ġew issodisfati. Il-pagamenti finali għadhom iridu jiġu approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u jiddependu wkoll fuq id-disponibbiltà tal-baġit. Kien bejn is-19 u l-21 ta’ Jannar li għadda meta pajjiżna kien intlaqat minn Storm Harry li ħalla ħerba sħiħa madwar diversi żoni fil-pajjiż.
Issa Malta se tkun qiegħda tirċievi ħlas bil-quddiem ta’ €931,014. Il-Portugall se jirċievi ħlas bilquddiem ta’ €65.37 miljun wara sensiela ta’ maltempati intensi bejn it-22 ta’ Jannar u l-15 ta’ Frar 2026, li ħallew 18-il persuna mejta u kkawżaw għargħar, uqigħ tal-art u ħsarat estensivi. Spanja se tirċievi ħlas bil-quddiem ta’ €37.26 miljun, wara li ġiet milquta mill-istess sistema ta’ maltempati, li wasslet għal qtugħ fit-tul tad-dawl, talilma u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll għal ħsarat kbar fid-djar u fl-infrastruttura.
Il-Kummissjoni Ewropea spjegat li dawn huma pagamenti bil-quddiem, filwaqt li l-għajnuna finanzjarja finali se tiġi deċiża aktar tard wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u talKunsill.
