L-NCPE tħeġġeġ lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni biex imexxu’l quddiem ir-riforma tal-ugwaljanza u d-drittijiet umani

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) esprimiet id-diżappunt tagħha għallwaqfien tal-Abbozz dwar ilKummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza (NHREC), wara l-vot tal-Erbgħa li għadda fil-Parlament, u ħeġġet lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni biex imexxu ‘l quddiem din ir-riforma tant meħtieġa fis-settur tal-ugwaljanza u d-drittijiet umani. 

Mill-2004 ’l hawn, lNCPE wettqet il-funzjonijiet tagħha bħala korp tal-ugwaljanza bl-aħjar mod li setgħet. Iżda l-problemi fil-qafas legali kurrenti tal-ugwaljanza ilhom evidenti għal għexieren ta’ snin. Għal din irraġuni, l-NCPE konsistentement sejħet sabiex tinħoloq Kummissjoni ġdida b’qafas legali aktar b’saħħtu, li jżomm, iwessa’ u jsaħħaħ il-mandat tal-ugwaljanza filwaqt li jkollha wkoll il-mandat relatat mill-qrib tad-drittijiet umani, li bħalissa huwa nieqes minn pajjiżna. 

L-Abbozz tal-NHREC kien se jsaħħaħ il-Kummissjoni billi ssir entità li twieġeb lill-Parlament, u għalhekk isaħħaħ l-indipendenza tagħha; joħloq qafas legali tal-ugwaljanza li huwa iktar koerenti u robust billi jindirizza l-problemi li hemm filliġi kurrenti tal-ugwaljanza; jestendi l-kompetenza għaddrittijiet umani; u jtejjeb il-funzjonijiet u l-poteri biex tiġi promossa l-ugwaljanza u d-drittijiet umani, u l-investigazzjoni tal-ksur tagħhom. 

L-approvazzjoni ta’ dan l-Abbozz ma kien se jnaqqas xejn mill-mandat u x-xogħol attwali tal-Kummissjoni. Minflok, kienet se ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tindirizza forom u sferi ta’ diskriminazzjoni b’iktar indipendenza, riżorsi, u qafas istituzzjonali aqwa. 

L-NCPE għadha temmen li l-approvazzjoni mill-Parlament tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Abbozz isaħħu dak li hu l-iktar importanti għannies: aċċessibbiltà għal Kummissjoni li tista’ tħares aħjar u tippromwovi l-ugwaljanza u d-drittijiet umani għal kulħadd f’Malta. It-twaqqif ta’ Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza ilu jiġi diskuss mill2014, b’ħafna fażijiet ta’ konsultazzjoni, u anke proċess Parlamentari ieħor li kellu jieqaf, meta xolja l-Parlament qabel l-elezzjoni tal2022. 

L-NCPE enfasizzat l-urġenza li jinbidel u jissaħħaħ il-qafas legali li huwa essenzjali sabiex jipproteġi lin-nies mid-diskriminazzjoni u jiżgura d-drittijiet umani tagħhom, u għalhekk ħeġġet lill-partijiet kollha sabiex iwettqu din ir-riforma.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport