Sunday, December 22, 2024

Il-Partit Laburista Ingliż jirbaħ b’maġġoranza kbira

Aqra wkoll

Kif kien mistenni l-Partit Laburista Ingliż rebaħ l-elezzjoni ġenerali li saret matul il-ġurnata tal-lum u l-ewwel exit polls juru li din intrebħet b’maġġoranza kbira ħafna.

L-exit polls tal-BBC qegħdin ibassru li l-Partit Laburista rebaħ b’maġġoranza ta’ 170 siġġu li jfisser li se jkollu 410 siġġu fil-Parlament filwaqt li l-Partit Konservattiv wara 14-il sena fil-Gvern rebaħ biss 131 siġġu.

Il-Liberal Democrats skont l-exit polls ġabu 61 siġġu filwaqt li l-Scottish National Party mistenni jkollu 10 siġġġijiet. Il-Partit Riformista mistenni li jkollu 13-il siġġu.

Din hija l-ewwel darba f’27 sena li l-Partit Laburista rebaħ elezzjoni ġenerali mill-Oppożizzjoni.

B’hekk matul il-ġurnata ta’ għada Keir Starmer mistenni li jkun qiegħed imur għand ir-Re Karlu fejn dan tal-aħħar jitolbu biex jifforma Gvern ġdid. Hu jkun jista’ jieħu l-ġurament tiegħu ta’ Prim Ministru ġdid tal-Ingilterra.

Imbgħad wara jmur lejn Downing Street ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru Ingliż u anke minn fejn jitmexxa l-Gvern. Aktar ma jibda jgħaddi l-ħin matul il-ġurnata t’għada jkun hemm l-ebda indikazzjonijiet minn se jkunu s-Segretarji fil-Kabinett ta’ Starmer biex b’hekk jifforma l-Gvern.

Il-Partit Laburista ilu jitlef elezzjon wara oħra għal dawn l-aħħar 14-il sena minn meta David Cameron kien ħa t-tmexxija tal-Partit Konservattiv f’idejh. L-aħħar Prim Ministru Laburisti kien Gordon Brown li kien ħa t-tmexxija minn idejn Tony Blair li kien mexxa lill-Partit Laburista għal diversi rebħiet elettorali.

Ekonomija

Sport