Tuesday, April 22, 2025

Il-Partit Laburista jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi tal-Avukat Francis Zammit Dimech

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, flimkien mal-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras u membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, sellmu l-memorja tal-Avukat Francis Zammit Dimech bl-iffirmar tal-ktieb tal-kondoljanzi li jinsab fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà. 

L-Avukat Zammit Dimech jibqa’ mfakkar għall-karriera politika twila bħala Membru Parlamentari, Ministru u Membru Ewroparlamentari, kif ukoll fl-aħħar sena bħala Aġent President tar-Repubblika.  Huwa kien politiku eżemplari, b’kontribut siewi lill-pajjiż fil-karigi differenti li okkupa tul il-karriera tiegħu.

Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport