Friday, November 6, 2026
Home Sport Il-player ta’ Newcastle Amar Dedic interrogat mill-pulizija  fuq każ kemmxejn stramb

Il-player ta’ Newcastle Amar Dedic interrogat mill-pulizija  fuq każ kemmxejn stramb

0
55

Id-difensur ta’ Newcastle United, Amar Dedic, ġie interrogat mill-pulizija wara li nstab iġorr qaws u vleġeġ fil-kampanja ta’ Northumberland, fil-Grigal tal-Ingilterra.

Il-Bosnjan ta’ 24 sena kien akkumpanjat minn ħabib meta persuna mill-pubbliku rrappurtat li rat liż-żewġt irġiel iġorru dawn l-armi. Il-pulizija bagħtet diversi vetturi fuq il-post, fosthom unitajiet armati, u eventwalment waqqfithom f’Darras Hall, fejn ikkonfiskat it-tagħmir.

Kelliem għall-pulizija qal li l-qaws u l-vleġeġ kienu maħsuba għal skopijiet rikreattivi u li ma kien hemm ebda theddida għall-pubbliku.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, iżda Newcastle mhumiex mistenni li tieħu passi dixxiplinarji kontra l-player.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here