Tuesday, April 30, 2024

Il-players ta’ Borussia Dortmund iridu li Jude Bellingham jiġi trasferit f’Jannar li ġej

Aqra wkoll

Il-players ta’ Borussia Dortmund iridu li f’Jannar li ġej il-club ibiegħ lil Jude Bellingham minħabba l-attitudni tiegħu fid-dressing room. 

Huma qed isostnu li l-player sar arroganti għall-aħħar għall-fatt li huwa qed jiġi segwit minn fost l-aqwa clubs madwar l-Ewropa. 

Dan jista’ jwassal li dan il-player ta’ 19-il sena jista’ jiġi trasferit matul is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar li ġej. 

Liverpool, Real Madrid, Chelsea u Manchester City qed jiġru wara l-firma tiegħu u għaldaqsant il-player mhumiex qed jiffoka fuq il-logħba tiegħu u f’xi drabi joħroġ il-frustrazzjoni tiegħu fuq il-kollegi tiegħu. 

Bħalissa huwa jinsab mal-iskwadra Ingliża fil-Qatar biex jipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja li se tibda nhar il-Ħadd li ġej. 

Sport