Tuesday, April 30, 2024

Il-PM fi NewZealand tikkanċella t-tieġ wara cluster ta’ 9 każi tal-Omicron

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ NewZealand Jacinda Ardern ikkanċellat it-tieġ tagħha wara li ħabbret numru ta’ restrizzjonijiet ġodda. Arden ikkonfermat li ż-żwieġ tagħha mal-preżentatur tat-televiżjoni Clarke Gayford ma setax iseħħ minħabba l-andament tal-firxa tal-virus.

Fil-pajjiż kollu se jkunu qegħdin jiddaħħlu l-ogħla livelli ta’ restruzzjonijiet relatati mal-pandemija minħabba numru ta’ każi tal-varjant Omicron.

Dawn il-miżuri se jkunu qegħdin jillimitaw l-udjenza f’attivitajiet sa massimu ta’ 100 persuna mlaqqmin u li kulħadd jilbes il-maskra fil-ħwienet u fuq mezzi tat-trasport pubbliku.

Fi New Zealand s’issa kienu reġistrati 15,104 każ filwaqt li mietu 52 persuna waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Arden qalet li hi m’għandha xejn differenti mill-eluf ta’ ċittadini li temmen li kellhom impatt ferm aktar devastanti kawża tal-miżuri. Hi qalet li għalkemm ħafna jaħsbu li faċli jittieħdu ċertu deċiżjonijiet bħala amministrazzjoni, tifhem perfettament l-għafsa ta’ qalb ta’ dawk li jkollhom jibqgħu mifrudin minn dawk li tant iħobbu minħabba sitwazzjonijiet ta’ mard.

Dawn ir-restrizzjonijiet qegħdin jittieħdu bħala prekawzjoni wara li l-pajjiż irreġistra cluster ta’ disa’ każi ta’ Omicron.

Sport