Wednesday, April 17, 2024

Laqgħa “finali” dwar il-festi nhar il-Ġimgħa

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif ninsabu ftit jiem biss bogħod mill-festa ta’ San Paw Nawfagu fi-Belt Valletta, festa li diġà beda jsir it-tiżjin għaliha fit-toroq tal-Belt Valletta, qed jirriżulta li nhar il-Ġimgħa li ġej se ssir laqgħa finali dwar il-festi għal din is-sena. Sorsi qrib il-Gvern qalu lil Talk.mt li l-Għaqda Każini tal-Baned flimkien mal-Arċisqof, il-Ministru Herrera u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci se jkollhom laqgħa nhar il-Ġimgħa.

L-istess sorsi qalulna li din hi laqgħa finali li fiha se jittieħdu d-deċiżjonijiet fosthom dwar il-festa ta’ San Pawl Nawfragu b’mod partikolari l-purċissjoni. L-istess sorsi qalulna li “s’issa għad m’hemm ebda deċiżjoni. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin”.

Mistoqsi dwar il-fatt li l-poster tal-festa ta’ San Pawl Nawfragu qed jindika b’mod ċar li l-purċissjoni se ssir, l-istess kelliem qalilna li “l-programm inħareġ b’dak il-mod biex jekk tingħata approvazzjoni li toħroġ il-purċissjoni bil-banda jimxu mal-poster u f’każ li ma jintlaħaqx ftehim, jitħassar kollox”.

Ekonomija

Sport