Thursday, December 26, 2024

“Il-PM ħaqqu li kulħadd joħroġ jivvota wara dawn is-sentejn ta’ deċiżjonijiet”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt li indirizzat il-Konferenza Ġenerali minn ġewwa d-Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard qalet: “F’kull miżura ta’ dan il-manifest hemm katina waħda li tgħaqqad kollox  – opportunitajiet ġodda għal Malta u Għawdex, għaż-żgħażagħ, għall-pensjonanti, għan-negozji, għall-familji  u t-tfal.”

“Dan il-jum huwa sinifikattiv għalija personalment minħabba memorji diffiċli li kelli. Il-fatt li qiegħda f’konferenza daqstant importanti għandu tifsira personali għax ikolli nistqar li f’dan il-jum nippreferi nkun waħdi. Seba’ snin ilu eżatt suppost kelli nkun mimlija ferħ u stennijia għax suppost kont qed nistenna t-tarbija tiegħi. Iżda ma kellux ikun hekk u meta kelli 16-il ġimgħa tqala wellidt tarbija mejta. 20% tat-tqala jispiċċaw miscarriages. Qed nitkellem hawn għax naf kemm dan is-suġġett huwa tabu u ma nixtieqx li jibqa’ hekk.”

“Meta rċevejt dawk ir-riżultati, għamilt wegħda li jekk ikolli l-opportunità naħdem biex ħadd ma jkun imċaħħad mid-dritt li jkollu t-tfal.”

“Grazzi għal Robert Abela llum nista’ ngħid li żammejt mal-wegħda li kont għamilt lili nnifsi,” qalet Dr Attard, “Statista ma jimxix bil-politika tal-voti imma jaġixxi u jatwa fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, fl-interess tal-minoritajiet. Aħseb u ara kemm il-PM Abela ħaqqu li kulħadd joħroġ jivvota wara dawn is-sentejn ta’ deċiżjonijiet li bidlu ħajjet in-nies b’mod pożittiv.”

Żiedet tgħid: “Grazzi għal dan il-manifest issa għandi moħħi mistrieħ li t-tfal tagħna la jikbru se jkollhom l-opportunità daqs barranin li jsiru ġenituri.”

Ekonomija

Sport