Thursday, December 26, 2024

“Il-PM kien lest jieħu deċiżjonijiet ta’ kuraġġ u ħariġna infuħu minn sentejn ta’ kollass totali”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt ir-rally Team Malta mill-Fosos, fil-Floriana, Dr Yan Chircop tkellem dwar l-elezzjoni li trid tiddetermina t-triq li jieħu pajjiżna – jekk neħdux it-triq tal-politika tal-passat jew il-politika tal-futur.

“Tilludux lilkom infuskom. Taħsbux li għandna quddiemna deċiżjoni faċli. Din it-triq ħa tiddetermina x’rotta jieħu l-bastiment tagħna li jismu Malta. Wasal il-ħin li nagħżlu lil tim se jbaħħarna minn ġewwa l-maltemp li għad irid jinqala’. X’għażla aħjar mit-tim li ħariġna mill-agħar tempesta li qatt ra pajjiżna mill-gwerra ‘l hawn? Dan huwa moviment tarka tal-ħaddiem, tal-pensjonant, tad-drittijiet ċivili, tal-batut kif ukoll moviment li jkompli jiġġedded.”

“Lil min se tavda dan il-bastiment? Dan il-pajjiż? Tim li ġie minn tal-ewwel fid-dinja? Jew tim li anke l-lifeboat tiegħu qed tgħereq?”

“Dan huwa t-tim li jwettaq iżda li għandu fuq kollox viżjoni għal għada. Dak it-tim huwa l-Partit Laburista – moviment immexxi minn Robert Abela. Mexxej li kien lest jieħu deċiżjonijiet ta’ kuraġġ u ħariġna infuħu minn sentejn ta’ kollass totali.”

Ekonomija

Sport