Sunday, December 22, 2024

Il-PM tal-Iraq jeħlisha ħafif wara allegat attentat fuq ħajtu

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tal-Iraq Mustafa al-Kadhimi qal li ħelisha ħafif f’attakk bi drone li seħħ fuq id-dar tiegħu li tinsab f’żona siġura ħafna fiż-Żona l-Ħadra tal-kapitali Baghdad. Jidher li done kollu splussiv laqat il-binja u kawża ta’ hekk sitt bodyguards sofrew ġrieħi. Uffiċjali tal-pajjiż qed iqisu dan il-każ bħala attentat fuq il-ħajja tal-Prim Ministru. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru talab għall-kalma.

Dan il-każ seħħ fi sfond ta’ instabbiltà vjolenti li qamet kawża tar-riżultati elettorali kien imħabbar fil-jiem li għaddew. L-attakk ġab il-kundanna kemm tal-Istati Uniti u anke tal-Iran. Sa issa ħadd għadu refa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk li seħħ f’żona suppost sigura u li fiha hemm numru ta’ binjiet amministrattivi u ambaxxati. 

Fl-aħħar ġimgħat għadd ta’ attivisti politiċi ta’ gruppi li għandhom rabtiet mal-Iran wettqu numru ta’ dimostrazzjonijiet qrib iż-Żona l-Ħadra. Huma kienu qegħdin jipprotestaw kontra r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tax-xahar li għadda hekk kif skonthom fiha kien hemm it-tbagħbis. Iktar minn 100 persuna sofrew ġrieħi fid-diversi dimostrazzjonijiet u ġlied li kien hemm matul il-ġimgħa li għaddiet. 

al-Kadhimi, eks kap tas-servizz sigriet tal-Iraq, kien ħa l-kariga ta’ Prim Ministru f’Mejju tas-sena li għaddiet. 

Ekonomija

Sport