Thursday, November 14, 2024

“Il-PN dejjem kien kontra illi jkun hemm servizz tas-saħħa mingħajr ħlas” – Il-Ministru Fearne

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Qabel ma ttieħed il-vot dwar il-Ministeru tas-Saħħa fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li fid-dawl tar-rapport tal-Awditur Ġenerali li wera tħassib dwar il-proċess ta’ negozjar bejn il-Gvern u VGH, l-Oppożizzjoni kienet se tivvota kontra biex “turi li hi kontra din il-konċessjoni.”

Min-naħa tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li kieku kellna noqogħdu u nieħdu bis-serjetà lill-Kap tal-Oppożizzjoni kieku l-Gvern minn Jannar li ġej ma jkollux servizz tas-saħħa.

“Dik hi l-maskra li qed taqa’ minn fuq wiċċkom. Dan mhux vot fuq Steward. Dan hu vot fuq is-servizz tas-saħħa. Aħna se nivvutaw favur servizz tas-saħħa mingħajr ħlas u ta’ eċċellenza għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-PN dejjem kien kontra illi jkun hemm servizz tas-saħħa mingħajr ħlas. Huwa biss Gvern Laburista li hu garanzija għal servizz tas-saħħa mingħajr ħlas,” qal Fearne.

Dan il-vot għadda b’36 vot favur u 27 vot kontra.

Ekonomija

Sport