Monday, May 13, 2024

Il-PN iħabbar reshuffle fir-responsabbiltajiet tal-grupp parlamentari tiegħu “biex jindirizza l-isfidi tal-pajjiż”

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar reshuffle tar-responsabbiltajiet tal-grupp parlamentari tiegħu, liema reshuffle huwa qal li se jwassal biex il-partit ikun jista’ jirrispondi b’mod aħjar għall-isfidi li l-pajjiż qed jiffaċċja.

Fost oħrajn il-PN qal li fost il-prijoritajiet tiegħu hemm l-emerġenza fil-qasam tal-klima, it-tiġdid tad-dinja tax-xogħol bl-isfidi li din qed tirrappreżenta fuq il-ħarsien tal-impjiegi, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda għall-poplu kollu u t-tisħiħ tad-demokrazija.

Il-PN għamel referenza wkoll għal opportunitajiet aħjar fis-settur diġitali u aċċess aħjar għal fondi tal-Unjoni Ewropea.

Intant ir-reshuffle se jkun qed jikkonsisti minn:

David Agius – Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament – Kelliem għall-Familja b’Saħħitha, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal

Robert Arrigo – Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit – Kelliem għall-Isfidi fit-Turiżmu f’Dinja Ġdida

Robert Cutajar – PN Whip – Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport tul Ħajjitna, l-Volontarjat u l-Ġlieda kontra l-Obeżità

Frederick Azzopardi – Deputat Whip

Karol Aquilina – Kelliem għall-Governanza Tajba, Tisħiħ tad-Demokrazija, għaċ-Ċittadinanza u r-Riforma tas-Servizz Pubbliku

Jason Azzopardi – Kelliem għall-Ġustizzja

Ivan Bartolo – Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Glieda kontra l-Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali 

Ivan J Bartolo – Kelliem għall-Soċjetà Diġitali

Toni Bezzina – Kelliem għat-Trasport u Mobiltà, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Claudette Buttigieg – Kelliem għall-Ugwaljanza Vera u Sħiħa u Deputat Speaker

Ryan Callus – Kelliem għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma

Therese Comodini Cachia – Kelliem għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Midja

Kevin Cutajar – Kelliem għall-Artijiet, il-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli

Mario de Marco – Kelliem għall-Finanzi

Kristy Debono – Kelliem għall-Investiment Ekonomiku u Negozji Żgħar, s-Servizzi Finanzjarji u l-Accessibiltà għall-Fondi u Budget Ewropej

Maria Deguara – Kelliem għall-Anzjanità Attiva u Inklussiva u l-Persuni b’Abbiltajiet Differenti

Beppe Fenech Adami – Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

Mario Galea – Kelliem għas-Sahha Mentali, Ħarsien tal-Persuni b’Mod Sħiħ, Kura fil-Komunità, Dimensja, l-Ġlieda Kontra d-Diabete, u Drittijiet ta l-Annimali

Karl Gouder – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet

Claudio Grech – Kelliem għall-Ekonomija

Carmelo Mifsud Bonnici – Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja Mingħajr Fruntieri

Clyde Puli – Kelliem għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv

Chris Said – Kelliem għal Għawdex u r-Riformi Kostituzzjonali

Hermann Schiavone – Kelliem għall-Industrija tal-Catering u Divertiment, Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika

Stephen Spiteri – Kelliem għas-Saħħa

David Thake – Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima

Edwin Vassallo – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi

Sport