Thursday, May 9, 2024

“Il-PN irid jeħodna lura mhux ‘il quddiem”

Aqra wkoll

Il-mod kif il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa għas-€70 miljun ewro investiment fin-nies juri li l-Partit Nazzjonalista għandu l-istess mentalità li kellu meta kien fil-gvern. Għadu jitmexxa mill-istess nies u mill-istess ħsieb.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield, id-Deputat Jonathan Attard u l-kandidata Naomi Cachia.

Il-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield spjega kif il-Partit Nazzjonalista baqa’ jemmen fl-awsterità. Għax baqa’ mingħalih li hekk iġġib is-soluzzjonijiet. “Aħna nibqgħu nemmnu li pajjiż irid dejjem jgħin lin-nies. Aħna daħħalna l-kelma investiment minflok awsterita’ u ta’ dan il-Partit Nazzjonalista jiftaħ attakk fuqna.”

Id-Deputat, Jonathan Attard qal li l-għajnuna li ngħatat lin-nies mill-Gvern ġabet fix-xejn il-politika ankrata mal-passat tal-Partit Nazzjonalista. “Qabel kien jogħla d-dawl u l-fjuwil kontinwament u llum għax għenna n-nies għandna l-irħas prezz tal-fuel fl-UE u prezzijiet tal-enerġija m’għolewx. Għax kontinwament għażilna li nkunu man-nies.”

Il-Kandidata, Naomi Cachia sostniet li l-Kummissjoni Ewropea kompliet tikkonferma t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna tant li bassret li Malta se jkollha l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. “B’inflazzjoni inqas tajna l-ikbar għajnuna u l-PN jibqa’ kontra għax baqa’ partit tal-passat kontra kollox u kontra kulħadd.”

Dan kollu jista’ jsir għax dan il-gvern għandu l-kredibbiltà biex imexxi l-ekonomija tal-pajjiż.

Sport