Tuesday, April 1, 2025

IL-PN PARTIT TAL-PROTESTI

Aqra wkoll

Waqt programm ta’ diskussjoni fuq l-istazzjon nazzjonali ftit tal-jiem ilu biss, il-kap tal-oppożizzjoni Bernard Grech ta ħjiel ieħor ta’ x’inhu proprju l-Partit Nazzjonalista u x’għandu f’rasu li jagħmel sa ma tasal l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Bernard Grech, qabel xejn ma jridx jinsa li bħala kap tal-Opożizzjoni għandu responsabbiltajiet kostituzzjonali x’jerfa.

Fil-programm tat-TV ta’ ftit jiem ilu, il-Kap tal-PN ma ddejjaqx jgħid li seta’ talab aktar lill-poplu biex jinżel fit-toroq għal diversi ċirkostanzi. Dan l-argument ta’ Bernard Grech jikkonerma bla ebda dubju li l-protesti u d-dimostrazzjonijiet fittoroq, ix-xeneġġjati, l-għajjat u tgħajjir u l-abbandun tas-seduti parlamentari donnhom saru parti minn strateġija li xi fazzjonijiet iridu jmexxu fil-PN.

Dan il-ġurnal jemmen bis-sinċerità kollha li l-PN jeħtieġ, għax hekk jaqbel lilu nnifsu jekk irid ikun gvern alternattiv ta’ veru, u lill-poplu Malti u Għawdxi, li jitbiegħed min-narrattiva konfrontazzjonali tiegħu. Il-PN irid jibda jagħraf u jemmen li d-djalogu politiku san ma jimmeritax u ma jinbeniex fuq il-kunflitti li jifirdu minflok jgħaqqdu imma fuq diskussjoni matura u ċivili li minnha jgawdi l-poplu kollu, hu ta’ liema lewn politiku hu.

Hekk nemmnu li għandhom isiru l-affarijiet irrispettivament miċ-ċirkostanzi li jistgħu jinħolqu minn żmien għal żmien. Dan nistqarruh għax qabel kollox nemmnu li djalogu jkunu tali li jwassal biex anki f’għajnejn il-barranin ir-rappreżentanti parlamentari tagħna jidhru serji u maturi f’dak li jgħidu u jagħmlu, u li ma jridu xejn ħlief l-għaqda nazzjonali u l-prosperità ta’ kulħadd.

Fuq in-naħa l-oħra, il-Prim Ministru li ħa sehem fl-istess programm, iffoka mhux fuq il-konfrontazzjoni politika imma fuq x’għandu jkun il-ġejjieni ta’ pajjiżna u kif ilGvern se jaħdem biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja mhux biss f’dak li hu għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi kollu imma wkoll f’diversi oqsma oħra bħall-ambjent, is-saħħa, l-edukazzjoni u setturi oħra soċjali fosthom l-isports.

Minbarra l-viżjoni li l-Gvern għandu għall-pajjiżna, il-Prim Ministru ta ħarsa wkoll lejn dak kollu li sar s’issa fl-ewwel tliet snin ta’ din il-legiżlatura fosthom mhux biss fil-qasam infrastrutturali imma wkoll f’dak li hu leġiżlattiv bħall-emendi għal-liġi tal-IVF, kif isiru l-inkjesti maġisterjali, il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u bosta titjieb ieħor f’dawk li huma libertajiet ċivili.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport