Saturday, December 21, 2024

Il-Police Officers Union tappella lill-Kabinett sabiex jemenda l-liġi ta’ min jinstab ħati bi vjolenza fil-konfront tal-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union ila tisħaq għal pieni tassattivi iktar ħorox f’każijiet ta’ vjolenza fuq Uffiċjali tal-Pulizija. Dan qalitu l-Police Officers Union permezz ta’ messaġġ fuq Facebook.

Ingħad ukoll; “Fid-dawl ta’ każijiet gravi bħall-dan, li kellna anke agħar minnu fil-passat, l-Union tappella lil-Kabinett sabiex jemenda artikolu 96 tal-Kodiċi Kriminali sabiex kull min jinstab ħati bi vjolenza fil-konfront ta’ Uffiċjali tal-Pulizija jeħel piena ta’ ħabs effettiv mingħajr l-applikazzjoni ta’ Priġunerija sospiża jew Probation. Hekk biss jista’ xi darba jkun hemm deterrent”

Ekonomija

Sport