Wednesday, January 22, 2025

Il-politika ta’ Trump tista’ titfgħu f’kunflitt ma’ pajjiżi oħra- Brendan Zerafa, osservatur tal-politika internazzjonali

Aqra wkoll

Waħda mit-temi ewlenin li ħarġu mid-diskors ta’ Donald Trump kienet bla dubju li l-Istati Uniti se tħares l-interessi tagħha, u dan se jitfagħha f’kunflitt ma’ pajjiżi oħra, bil-gwerra kummerċjali li jrid joħloq permezz tat-tariffi u t-theddida li jieħu lura l-kanal tal-Panama li kien ingħata lill-Panama permezz ta’ trattat li sar fis-snin sebgħin.

Dawn kienu l-ewwel kummenti li tana Brendan Zerafa, osservatur tal-politika internazzjonali dwar it-temi ewlenin li saħaq fuqhom Trump fid-diskors inawgurali tiegħu bħala s-47 President tal-Istati Uniti nhar it-Tnejn 20 ta’ Jannar. 

Zerafa qal li permezz tad-diskors tiegħu Trump ried juri lil dawk kollha li kritikawh jew iddubitaw minnu illi issa hu qiegħed fuq quddiem fit-tmexxija. Huwa qal li Trump ried jitfa’ “l-melħ fuq il-ferita”, speċjalment fil-konfront ta’ dawk li hu ddeskriva li riedu jagħmlu persekuzzjoni politika kontrih.

“Fl-aħħar nett, żewwaq id-diskors tiegħu billi qal li issa ġejja era tad-deheb għall-Istati Uniti – xi ħaġa li nistgħu nassumu tfisser aktar saħħa ekonomika għall-Istati Uniti u għall-ħaddiema Amerikani u aktar saħħa fil-politika internazzjonali,” temm jgħid Zerafa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport