Wednesday, April 24, 2024

Il-Polonja tidħol fil-lista Ewropea ta’ 100,000 mewt kawża tal-pandemija

Aqra wkoll

Il-Polonja daħlet fil-lista xejn sabiħa ta’ pajjiżi Ewropej li rreġistraw iktar minn 100,000 mewt f’din il-pandemija tal-Covid-19. Din iċ-ċifra ntlaħqet fi żmien meta l-pajjiż qiegħed jipprepara biex jilqa’ għall-mewġa tal-varjant Omicron. 

Kwart tal-imwiet f’dan il-pajjiż – madwar 24,000 – seħħew fl-aktar mewġa riċenti li bdiet f’Ottubru li għadda. Fil-preżent il-Polonja qiegħda tesperjenza tnaqqis fin-numru ta’ każijiet ġodda hekk kif tinsab ħierġa mill-mewġa, meqjusa bħala r-raba’ waħda, tal-varjant Delta. Issa dan il-pajjiż qiegħed jipprepara għall-mewġa tal-Omicron li tinsab fix-xefaq.  

Sport