Tuesday, March 11, 2025

Il-poplu Ġermaniż jivvota f’elezzjonijiet importanti fil-pajjiż

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-bieraħ il-poplu Ġermaniż kien imsejjaħ biex jivvota f’elezzjoni ġenerali liema elezzjoni kienet segwita b’interess kbir kemm mill-Unjoni Ewropea u anke mill-Istati Uniti.

Is-suġġetti li ġew diskussi ħafna waqt il-kampanja elettorali kienu s-sigurtà tal-pajjiż, l-ekonomija u anke l-immigrazzjoni.

Minkejja li r-riżultat uffiċjali jdum biex ikun magħruf, mistenni li Friedrich Merz, il-mexxej tal-Partit Konservattiv li għandu 69 sena se jkun qiegħed jirbaħ din l-elezzjoni u b’hekk jinħatar Kanċellier.

Waqt il-kapmanja elettorali hu wiegħed li se jirranġa ħafna mill-problemi li hemm fil-pajjiż f’4 snin ta’ tmexxija biex b’hekk l-akbar ekonomija fl-Ewropa tkun tista’ terġa’ tibda mixja ‘l quddiem. Hu wiegħed ukoll li se jagħmel investimenti kbar fuq l-infrastruttura.

Analisti politiċi qal li f’każ li Merz jirbaħ din l-elezzjoni, xorta waħda se jkollu bżonn jingħaqad ma’ partit ieħor biex ikun jista’ jmexxi lill-pajjiż. Jidher li se jkun qiegħed jingħaqad mal-mexxej Olaf Scholz tal-Soċjal Demokratiċi li kien fil-gvern fl-aħħar snin.

Lejlet l-elezzjoni ġenerali Merz qal li f’każ li jirbaħ hu mhux se jkun qiegħed jitkellem mal-partit tal-Lemin Estrem li minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika jista’ jsir it-tieni l-akbar partit politiku fil-Ġermanja.

B’kollox hemm madwar 59.2 miljun Ġermaniż li huma eleġibbli biex jivvotaw. Miljuni ta’ votanti diġà tefgħu l-vot tagħhom bil-post, filwaqt li stħarriġ tal-opinjoni pubblika, 20% tal-elettorat kien għadu ma jafx lil min se jivvota.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport