Tuesday, September 24, 2024

Il-popolazzjoni barranija f’Malta kibret bi 15.3% f’sena … dik Maltija kibret biss b’0.1%

- Statistika tal-NSO

Aqra wkoll

Fl-2023, il-popolazzjoni barranija kienet tlaħħaq il-158,386, li tammonta għal 28.1% tat-total tal-popolazzjoni f’Malta. Filwaqt li l-popolazzjoni barranija kibret bi 15.3% bejn l-2022 u l-2023, il-popolazzjoni Maltija kibret biss b’0.1% minn 404,675 għal 405,075 fl-2023. 

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li hemm kuntrasti kbar kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-età kif ukoll is-sess bejn il-popolazzjoni Maltija u dik barranija sal-aħħar tal-2023. 

Filwaqt li għall-popolazzjoni Maltija d-distribuzzjoni tas-sess hi kważi l-istess (49.8% irġiel u 50.2% nisa), fost il-popolazzjoni barranija, l-irġiel kienu jammontaw għal 61.1% mentri n-nisa kienu 38.9%. L-età medja tal-popolazzjoni barranija kienet ta’ 32 sena filwaqt li fost il-popolazzjoni Maltija, din kienet aktar minn 10 snin ogħla (43 sena). 

Id-differenza fl-istruttura tal-etajiet tal-persuni barranin mal-popolazzjoni Maltija hija enfasizzata bil-proporzjon ta’ nies f’età avvanzata.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport