Saturday, December 28, 2024

Il-popolazzjoni f’Malta tiżdied bi kważi 25% fl-aħħar 10 snin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-popolazzjoni Maltija laħħqet il-519,562 persuna fl-2021. Dan ifisser li meta mqabbla ma’ mitt sena ilu, il-popolazzjoni f’pajjiżna żdiedet b’darbtejn u nofs filwaqt li żdiedet bi kważi 25% fl-aħħar 10 snin.

Dan ħareġ mir-rapport preliminari tal-aħħar ċensiment, li sar f’Novembru tas-sena li għaddiet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u li d-dettalji dwaru ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu. 

Mir-rapport ħareġ li mill-2011 ‘il quddiem, il-popolazzjoni żdiedet b’10,000 persuna fis-sena, l-akbar tkabbir reġistrat s’issa. Dan it-tkabbir bla preċedent jikkuntrasta sew maż-żieda annwali ta’ ftit inqas minn 1,000 persuna osservata matul is-seklu 19.

L-aħħar ċensiment fl-2011 kien sab li l-popolazzjoni Maltija kienet tinkludi aktar nisa milli rġiel. Dan ix-xenarju jidher li nqaleb f’dan iċ-ċensiment tal-2021, li wera li 52% tal-popolazzjoni huma rġiel. 

Ekonomija

Sport